Lokali Qorti

Jinżammu arrestati fuq akkużi ta’ traffikar ta’ droga

Damiano Torrisi, Taljan ta’ 45 sena u residenti Birżebbuġa u li huwa magħruf sew mal-Pulizija u Maria Pia Zammit ta’ 39 sena residenti l-Mosta ġew mixlijin quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia, il-Pulizija bi traffikar ta’ diversi sustanzi fosthom ectasy, cannabis u kokaina.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Mark Anthony Mercieca u John Leigh Howard qalu fil-Qorti li fl-14 ta’ Jannar il-pulziija arrestat lill-koppja ġewwa kamra f’Lukanda, fil-Qawra. Fil-kamra nstabu diversi sustanzi li jidhru li ma kienux ghal l-uzu esklussiv taghhom.

L-Ispettur Merceica qal li minn investigazzjoni li għamlet il-pulizija, l-akkużati ibiegħu d-droga biex immantnu l-vizzju tad-droga. Huma wieġbu mhux ħatja bid-difiża titlob għall-pleġġ. Il-Maġistrat staqsiet lill-prosekuzzjoni biex tagħti l-ammont ta’ droga li nstabet, bl-Ispettur jgħid li mhux f’pożizzjoni jgħid eżatt kemm kien l-ammont.

Il-Prosekuzzjoni oggezzjonat għall-ħelsien mill-arrest u argumentat li huma qed jigu akkuzati b’erba’ akkuzi differenti ta’ traffikar u pusses aggravat. Ingħad li huma kisru wkoll diversi kundizjzonjiet tal-ħelsien mill-arrest.

L-Ispettur żied jgħid li jidher ċar li dawn il-persuni diġa ingħataw iċ-ċans li jirregolaw ħajjithom, liema libertà ma ġietx utiliżżata sew. Argumenta wkoll li hemm il-biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi. Id-difiza f’isem ir-ragel qalet li l-imputat lest li jissottometti ruħu ghal trattament kontra l-vizzju tad-droga għax il-problema prinċipali hi l-vizzju.

Id-difiża f’isem il-mara qalet li l-problema ewlenija hi wkoll il-vizzju tad-droga, filwaqt li argumentat li l-uffiċjal tal-probabtion ilu ma jsegwiha għal madwar xahar u nofs. Wara li semgħet is-sottomissjonjiet taz-zewg partijiet, il-Magistrat Sant Lia ċaħdet it-talba għal ħelsien mill-arrest minħabba li tqies lill-imputati mhux affidabbli għax huwa ċar li hemm il-vizzju tad-droga u jekk l-akkużati mhux se jirregolaw ruħhom, se jergghu jirrikorru għall-kriminalita’. Għalihom deher l-Avukat David Bonello u Rachel Tua.