Colin Schembri
Hibernians…..76
Athleta…………86
(26-25)(20-22)(12-19)(16-20)
Run ta’ 11-0 fil-bidu tat-tielet sessjoni kienet id-differenza bejn Hibernians u Athleta f’din il-partita li rat lit-team ta’ Christos Kousidis joħorġu rebbieħa 86-76 biex għamlu d-double fuq it-team ta’ Raħal Ġdid. Athleta kienu mingħajr Francesco Mifsud Bonnici. Il-partita fetħet bit-three pointers fuq kull naħa minn Piotr Stelmach għall-Athleta u Nick Brenner għal Hibs. Hawn Hibs kellhom break qasir ta’ 6-0 bil-punti ta’ Mason Hix u Ivan Demcesen però Athleta kellhom risposta simili bi trippla ta’ Matthew Gouder. Il-punti komplew ġejjin fuq kull naħa u għalkemm Athleta fetħu vantaġġ ta’ 3 punti wara trippla ta’ Malik Riddle, Hibs ġew lura u sa’ tmiem it-taqsima rnexxielhom jieħdu vantaġġ ta’ punt 26-25. It-tieni taqsima kompliet bl-istess andament fejn l-ebda team ma rnexxielhu jiftaħ vantaġġ sostanzjali hekk kif iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin. Hibs kellhom fost l-oħrajn it-trippli ta’ Brenner u flimkien ma’ Demcesen fil-waqt li Athleta wkoll kellhom it-three pointers minn Luca Stefanovic u Stelmach. Wara li Hibs għamlu sitt punti mingħajr risposta, kienu Athleta li għalqu s-sessjoni bil-punti ta’ Stelmach u Riddle biex daħlu jistrieħu 47-46 minn fuq.
Fil-bidu tat-tielet sessjoni, Athleta ħasdu lill-avversarji bi break ta’ 11-0 bil-punti ta’ Stefanovic, Riddle u DeJuan Moorer. Hibs waqqfuhom b’baskets ta’ Demcesen u Brenner però Riddle u Moorer ukoll wieġbu għall-Athleta li temmew it-taqsima 66-58 minn fuq. Fl-aħħar perjodu, l-vantaġġ tal-Athleta kiber għal 14 -il punt 76-62 wara punti minn Riddle u Stelmach. Wara trippla fuq kull naħa minn Matthew Attard u Riddle, Hibs ippruvaw l-aħħar sforz però d-distakk kien konsiderevoli biex Athleta ħadu il-ħames rebħa tal-kampjonat fuq skor finali ta’ 86-76.
Hibernians: P. Attard, B. Zammit, L. Attard, L. Farrugia 2, N. Vasovic 2, A. Axiaq, M. Attard 6, M. Hix 18, I. Demcesen 27, N. Brenner 21.
Athleta: M. Riddle 43, N. Buhagiar, L. Stefanovic 7, D. Moorer 13, M. Gouder 5, R. Abela, P. Stelmach 15, J. Cefai 3.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi, Nestor Rincon
Luxol……………………97
Valletta Fighters….80
(23-9)(20-31)(24-20)(30-20)
Luxol ħadu rebħa mportanti kontra Valletta li għalkemm ħalliethom taħt il-grupp tal-ewwel erba’ timijiet ħalliet ħajjin it-tamiet għal post fil-playoffs. Valletta żiedu lill-player Nelso Da Silva fl-iskwadra li però ma ħax sehem fil-partita. L-ewwel taqsima kienet determinanti għall-kumplament tal-partita hekk kif Luxol ħarġu bl-aqwa mod u bdew bi break ta’ 12-2 bi trippli minn Nathan Xuereb u Isaac Azzopardi flimkien mal-Amerikan Tariq Woody. Valletta kellhom trippla minn DeSean Mattox qabel ma Luxol għamlu sitt punti oħra mingħajr risposta u temmew l-ewwel sessjoni 23-9 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, l-vantaġġ tal-vjola kiber għal 20 punt b’aktar punti minn Xuereb flimkien ma’ Gael Hulson. Charleston kellhu trippla għal Valletta però punti minn Hulson u Nikola Jovanovic ħallew lil Luxol 19 minn fuq 37-18. Hawn Valletta kellhom mument mill-aqwa b’run ta’ 22-4 b’Mattox u Charleson ikollhom sensiela ta’ punti flimkien ma’ Neil Cassar u Ferdinand Lisondra u kien biss basket fl-aħħar attakk minn Woody li ra lil Luxol jidħlu jistrieħu 3 punti minn fuq 43-40.
Fit-tielet perjodu, Luxol kellhom il-punti ta’ Woody flimkien mat-trippli minn Xuereb u Jean Paul Schembri. Valletta però ma ċedewx u run ta’ 10-1 b’żewġ trippli ta’ Mattox rawhom jieħdu vantaġġ ta’ punt 58-57. Ir-reazzjoni ta’ Luxol ġiet bi break ta’ 10-2 bi trippla oħra ta’ Schembri biex reġgħu marru fuq quddiem 67-60. L-aħħar taqsima rat lil Luxol jiftħu bi tlett trippli konsekuttivi u f’inqas minn żewġ minuti reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 16 -il punt 76-60. Valletta ppruvaw jirkupraw speċjalment bil-punti ta’ Mattox li baqa’ jitħabat fejn fost l-oħrajn kellhu tlett three pointers. Minkejja dan, Luxol baqgħu jikkontrollaw il-vantaġġ li kellhhom u rebħu l-partita 97-80.
Luxol: S. Pace, I. Azzopardi 8, N. Jovanovic 6, A. Azzopardi, JP Schembri 9, N. Xuereb 23, G. Hulsen 10, T. Woody 31, M. Matijevic 10, S. Cappello.
Valletta Fighters: K. Charleston 25, D. Bellinzona, N. Da Silva, S. Saakian, R. Curmi, J. Wait 2, D. Mattox 41, A. Attard, F. Lisondra 6, N. Cassar 6.
Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Fanni Fabok.
Mellieħa Libertas Spalding……..79
Starlites JSD…………………………….94
(29-26)(12-30)(16-21)(22-17)
Ic-champions Starlites JSD waqqfu l-mixja ta’ Mellieħa Libertas Spalding fil-kampjonat hekk kif ħarġu rebbieħa 94-79 fejn għal Mellieħa din kienet l-ewwel telfa fil-kampjonat li xorta ħalliethom fl-ewwel post tal-klassifika. Il-partita ġiet interrota diversi drabi bl-ammont ta’ fouls li kien hemm b’total ta’ 42. Wara l-ewwel basket minn Davonte Craven għal Starlites, Mellieħa wieġbu bi 8 punti mingħajr risposta minn Robert Bonnici u Tederick Wolfe b’Paul Ferrante jkollhu jsejjaħ time-out kmieni. Starlites kellhom trippli minn Matt Attard u Alec Felice Pace però Mellieħa komplew bil-punti tagħhom minn Wolfe, Kwame Thompson u trippla ta’ Vukassin Jandric biex marru 8 minn fuq 22-14. Hawn Starlites għamlu run ta’ 10-0 bi trippli ta’ Christian Hincskon u Felice Pace biex marru minn fuq iżda Mellieħa rkupraw u reġgħu marru fuq quddiem wara trippli minn Corrado Mercurio u Wolfe għal skor ta’ 29-26. Fit-tieni perjodu, Starlites bdew juru l-qawwa tagħhom fejn bdew jisirqu l-blalen fid-difiża u jittrasformawhom f’punti u ġaladarba ħadu l-vantaġġ ma reġgħux sabu ruħhom minn taħt. Felice Pace u Craven qasmu bejniethom l-ewwel 19 -il punt tat-taqsima u kompla wkoll Miguel Fabri u għalkemm Mellieħa kellhom żewġ trippli minn Bonnici u Jandric, Starlites daħlu jistrieħu 56-41 minn fuq.
Wara l-intervall, Mellieħa reġgħu ħarġu tajjeb b’disa’ punti mingħajr risposta b’Ferrante mill-ġdid kostrett jagħjjat time-out. Dan ħalla l-frott tiegħhu hekk kif Starlites għamlu run ta’ 16-2 b’diversi punti ta’ Kurt James flimkien ma’ żewġ trippli konsekuttivi minn Ian Felice Pace u temmew il-perjodu 77-57 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni,l-vantaġġ ta’ Starlites baqa’ komdu minkejja li Mellieħa għamlu sforz ieħor bi break qasir ta’ 10-3. Punti ta’ Craven u Hinkson u trippla oħra minn Ian Felice Pace għalqu l-partita favur Starlites li ħarġu rebbieħa 94-79.
Mellieħa Libertas: T. Wolfe 23, D. Bugeja, R. Bonnici 6, V. Jandric 15, I. Bonett, K. Thompson 31, E. Valdespina 1, C. Mercurio 3.
Starlites JSD: A. Felice Pace 17, C. Hinkson 14, M. Attard 3, S. Aquilina, I. Felice Pace 9, M. Fabri 9, K. Fabri, D. Craven 21, L. Farrugia, N. Sultana, K. James 21.
Referees: Bernard Vassallo, Fiorentina Ciurariu, Julie Londono.
//= $special ?>