Assulutament ma taħdimx l-idea tal-Gvern li jintervjeni permezz tal-iffissar tal-prezzijiet fuq ftit prodotti bħala mezz biex jittaffa l-effett tal-għoli tal-ħajja.
U fi kliem Kevin Rapinett, mill-Kamra tal-Kummerċ, il-ħsieb tal-Gvern ifisser biss li numru ta’ prodotti se jispiċċaw jogħllew fil-prezz.
Din l-idea tal-Gvern diġa’ ġiet pruvata f’pajjiżna għexieren ta’ snin ilu, meta l-Labour ikkontolla s-suq minflokk ippromwova l-kompetizzjoni permezz ta’ monitoraġġ u regolamenti xierqa.
Mhux hekk biss. Iżda anke ġiet pruvata f’pajjiżi oħra Ewropej – u r-riżultati ma kienux pożittivi.
Il-Malta Chamber argumentat li l-iffissar tal-prezzijiet ta’ ftit prodotti mhuwiex soluzzjoni vijabbli għall-kwistjoni kumplessa tal-għoli tal-ħajja. U mossa bħal din ma tindirizzax il-kawża fundamentali li qed twassal għall-għoli tal-ħajja.
Għalhekk, kompla jgħid Rapinett, hemm affarijiet li l-Gvern seta’ għamel biex itejjeb it-trasparenza għall-konsumatur mingħajr ma jindaħal fl-iffissar tal-prezzijiet. Waqt li appella sabiex l-istitutuzzjonijiet jagħmlu l-funzjonijiet tagħhom.
Il-kriżi tal-għoli tal-ħajja ilha xhur sħaħ tkun ta’ piż fuq il-ħaddiema. Bil-Partit Nazzjonalista iressaq diversi proposti li l-Gvern baqa’ jinjora.
//= $special ?>