Sport Sport Ieħor

Rally ta’ Dakar: Carles Falcon jitlef ħajtu wara inċident fl-Arabja Sawdija

Is-sewwieq tal-mutur Spanjol Carles Falcon miet wara ġrieħi serji li sofra l-ġimgħa li għaddiet fit-tieni stadju tad-Dakar Rally fl-Arabja Sawdija.

Fi stqarrija, Twin Trail Racing Team qalu li t-Tnejn, 15 ta’ Jannar, Carles tilef ħajtu fi sptar fi Spanja.

Twin Trail Racing ikkummentaw li Falcon, inġinier tal-kompjuter, sofra ksur ukoll fil-vertebri. L-istadju ta ‘veloċità għolja fuq blat u meded tar-ramel madwar id-deżert Sawdi kien kważi lest fis-7 ta’ Jannar meta Carles Falcon is-sewwieq off-road b’esperjenza minn Tarragona ġġarraf.

Falcon ta’ 45 sena ittieħed immedjatament l-isptar fl-Arabja Sawdija b’ħelikopter mediku, u wara ttajjar lejn Spanja fejn kien fil-kura intensiva qabel miet matul il-ġurnata tat-Tnejn.

Ir-Rally Dakar huwa wieħed mill-itwal u l-aktar tiġrijiet impenjattivi ta’ reżistenza fid-dinja u l-maratona ta’ 12-il stadju ta’ 8,000 kilometru ta’ din is-sena tintemm fil-Baħar l-Aħmar fid-19 ta’ Jannar.