Għalkemm għadna disa’ xhur ‘il bogħod – it-tellieqa għall-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti diġa’ bdiet. L-ewwel pass biex jiġi deċiż liema kandidat se jikseb in-nomina tal-partit tiegħu bdiet bil-caucuses li huma bħal test għal kif il-kandidati se jmorru aktar tard matul il-kampanja.
L-eks President Donald Trump kiseb rebħa deċiżiva fil-caucuses tal-partit Repubblikan f’Iowa it-Tnejn filgħaxija, u b’hekk issa ikkonsolida l-istatus tiegħu b’vantaġġ ċar għan-nomina presidenzjali Repubblikana fl-elezzjoni ta’ Novembru.
Il-votazzjoni fost ir-Repubblikani saret madwar Iowa, bi Trump imbassar li jkollu 51% tal-voti.
Huwa mbassar ukoll li Trump jassigura 20 delegat f’Iowa, b’Ron DeSantis fuq tmienja u Nikki Haley sebgħa.
Donald Trump, waqt li indirizza lill-partitarji, ikkonferma mill-ġdid il-prijoritajiet tiegħu, li jindirizza l-kwistjonijiet tal-fruntieri, is-soluzzjoni tal-kunflitti internazzjonali filwaqt li rrepeta l-allegazzjonijiet miċħuda tiegħu ta’ frodi elettorali.
//= $special ?>