Burkina Faso…………….1
Mawritanja………………..0
Fl-unika partita minn Grupp D, il-Burkina Faso kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra l-Mawritanja. Il-gowl deċiżiv wasal tard fil-partita permezz ta’ penalty ta’ Bertrand Traore.
Tuneżija…………………0
Namibia………………….1
F’sorpriża, in-Namibia għelbu lit-Tuneżija 1-0 fi Grupp E. F’din il-partita l-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fl-aħħar ħinijiet permezz ta’ Deon Hotto.
Mali……………………….2
Afrika t’Isfel……………0
Il-Mali wkoll bdew din il-kompetizzjoni b’rebħa meta għelbu lill-Afrika t’Isfel 2-0. L-Afrika t’Isfel fallew penalty wara 19-il minuta permezz ta’ Percy Tau. Ta’ dan pattew fit-tieni taqsima, bil-gowls tal-Mali jkunu skorjati permezz ta’ Hamari Traore u Lassine Sinayoko.
Illum minn Grupp F, il-Marokk jilagħbu kontra t-Tanzanija filwaqt li l-Kongo jaffaċjaw liż-Żambja
//= $special ?>