Lokali

Robert Abela jipprova jnessi li kien Gvern immexxi minnu li tefa’ lil pajjiżna fil-lista l-griża

Il-Prim Ministru Robert Abela prova jnessi l-fatt li kien proprju l-Gvern tiegħu li poġġa lil pajjizna fuq il-lista l-griża. U li kien ukoll fi żmienu meta pajjizna għadda minnn protesti kbar – fosthom kontra l-isfreġju ambjentali, kontra l-introduzzjoni tal-abort u kontra l-mod arroganti li bih mexa fil-każ ta’ Jean Paul Sofia.

Iżda quddiem dawn ir-realtajiet, Robert Abela prova jfarfar kollox fuq l-eks Prim Ministru Joseph Muscat. U uża l-intervista li kellu ma Saviour Balzan sabiex jipprova jaħsel idejh, saħansitra, anke mill-greylisting – fatt li seħħ taħt it-tmexxija tiegħu, f’Ġunju tal-2021.

Fil-programm Xtra, Robert Abela stqarr illi bħalissa pajjiżna m’għandux kriżijiet interni. U injora għal kollox il-kriżi tal-għoli tal-ħajja illi qed toħnoq lill-familji.

Dan juri li Abela nesa wkoll il-fatt li bħalissa pajjiżna jinsab għaddej minn kriżi fis-settur tas-saħħa…kriżi fit-toroq kaġun tat-traffiku…u l-kriżi ta’ żvilupp bla pjan, b’mod li kulħadd qed iħossu fgat.

Prim Ministru li nesa wkoll li bħalissa l-familji Maltin u Għawdxin qed ikomplu jħossu l-impatt tal-għoli tal-ħajja, fejn bosta familji, anzjani u ħaddiema mhumiex ilaqħħqu sal-aħħar tax-xahar. 

Intant, dwar it-tkeċċija ta’ Aaron Farrugia minn Minstru tal-Infrastruttura, Robert Abela qal li din saret fl-interess nazzjonali minħabba li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-porġetti ma kinitx waħda kif mixtieqha. Turija ċara ta’ kemm Abela ma kienx sodisfatt bil-ħidma ta’ Farrugia f’dan is-settur.

U issa bħal donnu l-kawża tal-ammont kbir tat-traiffku fit-torq Maltin m’għadhomx il-festi… imma saru l-inċidenti.  

Wara l-aħħar re-shuffle, ir-responsabbiltà tal-Ippjanar spiċċat f’idejn il-Ministru Għawdxi Clint Camilleri… bil-Prim Ministru jiddeksrivih bħala artikett għal Għawdex fejn fi kliermu stess spiċċa jammetti li dan is-settur għandu bżonn bidla.

Dwar id-deiċżjoni li Rosianne Cutajar terġa’ tiddaħħal fil-Partit Laburista, Robert Abela qal li kull każ huwa differenti u kull persuna għandhan tħallas b’modi differenti għal dan li tkun wettqet… fejn fil-każ ta’ Cutajar, għal Abela… hi diġa ħallset prezz qares għall-aġir tagħha fost l-oħrajn meta ħadet impjieg fantażma mal-ITS u meta ammettiet li se tkun qed titħanżer bħalma għamlu sħabha fi ħdan il-Lejber… aġir li kien ikkundannat mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. B’Abela qed jibqa’ jippersisti li Cutajar ħallset għal dak li għamlet. 

Mistoqsi dwar il-ħatra ta’ President tar-Repubblika, Abela qal li l-persuna li se tieħu post George Vella għandha tkun persuna progressiva li kapaċi ġġib l-għaqda nazzjonali.

Ma naqasx li matul din l-intervista li damet madwar siegħa, Abela nfexx kemm-il darba f’attakk partiġjan fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista.