Futbol Sport

Roma jkeċċu lil Josè Mourinho

(Ritratt: EPA)

Jose Mourinho m’għadux kowċ ta’ AS Roma, bil-klabb Ruman iħabbar dan uffiċjalment fuq is-sit u l-midja soċjali tiegħu.

Il-Portugiż ta’ 60 sena kien ilu jmexxi lil Roma minn Mejju tal-2021 fejn sena wara f’Tirana rebaħ l-Europa Conference league kontra Feyenoord.

L-istaġun li għadda, taħt Mourinho, Roma telgħu ukoll sal-finali tal-Europa League iżda tilfuha wara l-għoti tal-penalties kontra Seville fil-Puskás Aréna, f’Budapest.

Dan l-istaġun Roma jinsabu fid-disa’ post fis-Serie A b’29 punt, 5 punti taħt ir-raba’ post bit-tim għadu fl-Europa League fejn fir-round ta’ 32 se jilgħab kontra Feyenoord.

L-eliminazzjoni mill-Coppa Italia u t-telfa ta’ 3-1 nhar il-Ħadd li għadda kontra AC Milan kienu determinanti għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni ta’ AS Roma li jtemmu r-relazzjoni ma’ Mourinho.