Sport Sport Ieħor

Sparar: Brian Galea jirbaħ l-ewwel Trap Selection Shoot tal-istaġun

Brian Galea rebaħ l-ewwel Trap Selection Shoot tal-istaġun meta f’avveniment li sar fuq jumejn fil-Malta National Shooting Ranges laqat 44 minn 50 plattina.

Huwa għeleb l-isfida ta’ Nico Sciberras u Christopher Vella li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Is-sitt finalisti skond il-punteġġi tagħhom fir-round ta’ kwalifikazzjoni kienu:-

Vella Christopher 115/125, Galea James Jr. 114/125 +2 Shoot-off, Sciberras Nico 114/125 +1 shoot-off, Galea Brian 113/125, Bugeja Emmanuel 112/125 u Ciappara Anglu 111/125 +1 shoot-off.

Ir-riżultati finali kienu:

1. Galea Brian 44/50

2. Sciberras Nico 41/50

3. Valla Christopher 33/40

4. Galea James Jr. 28/35

5. Ciappara Anglu 24/30

6. Bugeja Emmanuel 19/25

Ir-riżultati skond il-klassi fit-tieni ġurnata kienu:

Klassi A:

1. Sciberras Nico 49/50

2. Galea James Jr. 47/50

3. Vella Christopher 46/50

Klassi B:

1. Coleiro Jean Pierre 44/50

2. Marmara John 41/50

3. Schembri Christian 41/50

Klassi Ċ:

1. Cassar Abiel 42/50

2. Desira Aidan Jo 41/50

3. Magri Jason 37/50

Din il-kompetizzjoni kienet ukoll l-aħħar waħda Selection Shoot qabel it-Tazza tad-Dinja tal-ISSF li se ssir fi Frar f’Rabat, il-Marokk.

L-atleti li se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fit-Trap Event tal-Irġiel se jkunu Gianluca Chetcuti, Emmanuel Bugeja and Brian Galea.

Il-programm tal-Malta Shooting Sport Federation ikompli nhar il-Ħadd 21 ta’ Jannar fis-Southern Shooting Club f’Birżebbuġa.