Lokali

Taħdidiet produttivi bejn il-UĦM u l-Gvern

Jistgħu jitqiesu bħal produttivi u pożittivi t-taħdidiet li saru matul il-ġurnata tat-Tlieta bejn il-Gvern, il-UĦM Voice of the Workers kif ukoll it-tmexxija tal-Universita ta’ Malta dwar il-fethim għall-ħaddiema tal-Univerista.

Il-UĦM ftit tal-jiem ilu kellha ssejjaħ għal azzjonijiet industrijali fl-Universita ta’ Malta b’riżultat ta’ tilwima industrijali li kienet reġistrata fis-27 ta’ Novembru li għadda wara li l-Gvern baqa’ jkaxkar sasqajh biex jiġi finalizzat il-ftehim kollettiv il-ġdid ta’ madwar 900 ħaddiem li ilu li skada minn Diċembru tal-2021.

It-Tnejn filgħaxija l-UĦM Voice of the Workers issosspendiet id-direttivi tagħha wara li l-Gvern ressaq xi proposti – proposti li waslu wara xhur sħaħ ta’ tkaxkir tas-saqajn.

Fl-ewwel kummenti tiegħu wara li saru dawn it-taħdidiet, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the workers Josef Vella spjega x’se tkun it-triq ‘il quddiem fejn it-tibdil issa jitpoġġa f’dokument li jkun ippreżentat lill-ħaddiema u jittieħed vot fuqu.

Il-ħaddiema tal-Università issa se jkunu qegħdin ikomplu bil-ħidma normali tagħhom u l-eżamijiet tal-istudenti Universitarji…li se jibdew ftit tal-jiem oħra… se jsiru kif pjanat.

Din mhix l-unika tilwima industrijali li kellha tissssejjaħ minħabba nuqqas ta’ aġir min-naħa tal-Ministeru tal-Edukazzjoni. F’Novembru li għadda l-MUT kellha ssejjaħ strajk ta’ ġurnata wara li l-Gvern baqa’ jklaxkar saqajh dwar il-ftehim kollettiv tal-edukaturi… liema taħdidiet dwar dan il-ftehim kollettiv għadu għaddej sal-lum il-ġurnata.