Tliet Indjani nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti separatament mixlijin li ffalsifikaw diversi dokumenti. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Nico Zarb qalet li nhar it-Tnejn, il-Pulzija ġiet infurmata li l-akkużati ppreżentaw dokumenti tal- kera fejn suppost kienu qed jgħixu lill-Agenzija Identità, liema residenza ma kienux qed jabitaw fiha.
L-Ispettur Zarb qal li l-Pulizija tkellmet mas-sid tar-residenza u kkonferma li l-imputati ma jirrisjedux f’din il-propjetà. Ghall-akkużi miġjuba kontrihom zewgt Indjani wieġbu mhux ħatja filwaqt li l-aħħar wieħed li tressaq ammetta.
Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest għal dawk li kkontestaw il-każ. Lill-Indjan li ammetta ghall-akkużi miġjubin kontrih, il-Maġistrat Nadine Sant Lia kkundannatu sena ħabs sospizi għal sentejn filwaqt li tnejn l-oħra nżammu arrestati fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. L-Indjani kienu assistitimill-avukati Alex Scerri Herrera u Matthew Xuereb.
//= $special ?>