Futbol Sport

Vlahovic l-eroj għal Juventus

(Ritratt: EPA)

Doppjetta ta’ Dusan Vlahovic u gowl ieħor ta’ Federico Chiesa kienu biżejjed biex Juventus bl-aktar mod faċli għelbu lil Sassuolo 3-0. Juventus fil-vantaġġ wara kwarta logħob meta kien Vlahovic li kkonkluda fuq pass ta’ Fabio Miretti. L-istess Vlahovic irdoppja qabel il-mistrieħ. Juventus għamluhom 3-0 lejn it-tmiem, b’gowl ta’ Federico Chiesa.