Rapport li sar mill-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika wera li kien hemm anomaliji fil-ħatra ta’ Norma Saliba bħala Direttur taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti.
Kien proprju l-Professsur Kevin Cassar li ressaq ilment quddiem il-Kummissarju wara li skont hu, il-Ministru Owern Bonnici kien provda informazzjoni skorretta dwar il-ħatra ta’ Norma Saliba.
Minkejja li l-ilment ta’ Kevin Cassar ġie miċħud u l-Kummissarju tal-Istandards ikkonkluda li ma seħħ l-ebda ksur ta’ etika, Joseph Azzopardi enfasizza li kien hemm inkonsistenzi bejn il-ftehim li ċċaqalqet mill-PBS b’self… u l-kuntrartt ta’ xogħol ta’ Norma Saliba.
Ġie innutat ukoll kif minkejja li ċ-ċentru tal-Ilsien Malti jaqa’ taħt il-kontroll tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, kien il-Ministeru tal-Kultura li ffirma l-kuntratt ta’ Saliba. Apparti dan, instabu żbalji wkoll fl-avviż legali għat-twaqqif ta’ dan iċ-ċentru l-ġdid.
Il-ħatra ta’ Saliba kienet qajment bosta reazzjonijiet fost l-oħrajn minn bosta għaqdiet tal-Malti… fejn sostnew li t-twaqqif taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti huwa null għaliex sar bla tħejjija ta’ xejn u mingħajr ma saret konsultazzjoni.
Skont il-kuntratt, Norma Saliba se tingħata salarju ta’ €42,000 fis-sena iżda apparti din is-somma hija għandha numru ta’ ‘allowances’ inkluż żieda ta’ €750 fis-sena. Fost dawn l-allowances hija se tingħata ‘il fuq minn €4,500 għal spejjeż marbuta ma’ trasport kif ukoll bonus li jaqbeż is-€6,000.
//= $special ?>