Futbol Sport

Darren Abdilla m’għadux kowċ ta’ Gżira United

(Ritratt: Trevor Sollars)

L-Erbgħa filgħodu, permezz tal-paġna tagħhom fuq facebook, Gżira United ħabbru li l-kowċ Darren Abdilla tefa’ r-riżenja tiegħu.

Fl-istqarrija huma qalu li kien qed jingħalaq kapitlu mill-aqwa fl-istorja tal-klabb fejn taħt Abdilla, il-Maroons kisbu pożizzjonijiet prestiġjużi li tawhom l-opportunità li jilagħbu f’kompetizzjonijiet kbar Ewropej.

Darren Abdilla mexxa lil Gżira United f’żewġ esperjenzi differenti, bejn l-2014 u l-2019 fejn wara esperjenza ma’ Valletta reġa’ rritorna ma’ Ġżira fl-istaġun 2020/21.

Wara nuqqas ta’ investiment u t-tluq ta’ diversi plejers importanti, Gżira United qed ikollhom staġun diffiċli fejn jinsabu fid-disa’ post bi 11-il punt daqs Valletta u Mosta, f’wieħed mill-postijiet ta’ relegazzjoni.