Iżrael u l-Ħamas laħqu ftehim sabiex iżjed għajnuna umanitarja titħalla tidħol f’Gaza.
Il-Qatar li kienu il-medjaturi għal dan il-qbil qalu wkoll li l-mediċina ser tkun qed tingħata lill-ostaġġi miżmuma mill-Hamas, waqt li Iżrael minn naħa l-oħra għandu jħalli iżjed għajnuna tidħol f’Gaza. Kelliem f’isem il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Qatar qal li l-għajnuna umanitarja ser tkun qed titlaq minn Doha, l-belt kapitali tal-Qatar, għall-Eġittu nhar l-Erbgħa. Din l-għajnuna mbagħad ser titieħed Gaza, fejn ser tkun qed titqassam liċ-ċivili, waqt li l-mediċina tingħata lill-ostaġġi Iżraeljani.
Intant, l-Istati Uniti qalu li qed jittamaw li iżjed diskussjoni tista’ twassal sabiex iżjed ostaġġi jkunu rilaxxati.
Huwa mifhum li iktar minn 132 ostaġġ għadhom miżmuma f’Gaza.
//= $special ?>