Sport Sport Ieħor

Futsal: Iċ-champions Luxol jitħabtu biex jegħlbu lil Birżebbuġa

Luxol St Andrew’s u Żurrieq Bormla komplew jersqu viċin il-leaders tal-klassifika University of Malta ACJ Group meta rebħu l-konfronti rispettivi tagħhom mill-Enemed Futsal League.

Luxol St.Andrew’s tħabtu biex għelbu lil Birżebbuġa Futsal 2-1. Luxol saħansitra kienu qed jitilfu 1-0 iżda għarfu jdawru r-riżultat favur tagħhom sabiex kisbu is-seba’ rebħa ta’ dan l-istaġun.

Zurrieq Bormla ddominaw il-partita tagħhom kontra Sliema Futsal fejn rebħu 6-0.

Swieqi baqgħu fit-taqtiegħa wara rebħa ta’ 8-1 kontra Gżira United Santa Margerita filwaqt li Ta’ Xbiex Futsal komplew jiddiżappuntaw dan l-istaġun meta sofrew telfa oħra ta’ 12-5 din id-darba kontra Marsaskala Futsal.

Fid-dwell bejn żewġ timijiet taż-żgħażagħ, is-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena għelbet lil dik ta’ taħt it-18-il sena 4-3.