Floriana Young Stars bdew il-Kampjonat tal-Hockey Association b’mod pożittiv meta kisbu rebħa wara li għelbu lil White Hart 6-2.
Kienet partita li Floriana iddominaw għal bosta ħin b’White Hart li kienu aħjar fit-tielet quarter għalkemm eventwalment naqsu milli jieħdu xi punti minn dan il-konfront.
Justin Farrugia għal Floriana Young Stars skorja tlett gowls b’Karl Chircop jiskorja darbtejn u gowl minn Mark Camilleri. Ir-risposta ta’ White Hart waslet minn żewġ gowls ta’ David Agius u Simon Kemp.
Mill-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Qormi Daikin iddominaw il-konfront kontra Floriana Young Stars fejn rebħu 6-1.
Fil-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, Tim B Marsaskala għelbu lil Tim A Marsaskala 3-2.
//= $special ?>