“Kulħadd jifhem li jekk tinqabad b’500 pillola ecstasy fuqek ma jkunux għall-użu personali imma biex titraffikahom.”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’intervent fuq il-midja soċjali fejn insista li l-bidliet li qed jipproponi l-Gvern ta’ Abela fejn tidħol id-droga se jwasslu sabiex traffikanti ta’ ammonti kbar ta’ droga jingħataw aktar libertà sabiex jittrafikawha.
Huwa insista li għall-Partit Nazzjonalista dan ċertament mhux aċċettabbli.
Bernard Grech saħaqli l-PN jrid liġijiet li tassew jassistu lill-vittmi tad-droga. Liġijiet li jħarsu milli uliedna ma jaqgħux f’dan il-vizzju ta’ qerda.
Liġijiet li mhux jiffrankaw il-ħabs lit-traffikanti li qed jeqridu tant Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>