Il-qawwiet tar-Russja, fl-aħħar sigħat, komplew jisparaw il-missli lejn iz-zoni taċ-ċivili fil-belt ta’ Kharkiv, fil-grigal tal-Ukrajna.
Fl-attakk intlaqtu l-blokok tal-appartamenti flimkien ma’ ċentru mediku, bl-osservaturi jinnutaw li r-Russi qed iżidu l-offensiva fuq iċ-ċivili Ukreni waqt din il-gwerra li dalwaqt tagħlaq sentejn.
Il-belt ta’ Kharkiv intlaqtet mill-missili tat-tip S-300 li s-soltu jintużaw għal kontra l-ajruplani tal-għadu.
Intant, ir-Russja qed taddatta dawn il-missili għall-attakki fuq il-miri mal-art u meta l-produzzjoni tal-S-300 tiswa anqas mill-produzzjoni tal-missili ballistiċi flimkien mal-missili ‘cruise’.
Kemm ir-Russja, kif ukoll l-Ukrajna, qed jistinkaw għall- armamenti ġodda waqt dan il-konflitt u meta l-gwerra tax-xitwa qed tidher staġnata tul front tal-gwerra twila madwar 1,500 kilometru.
//= $special ?>

