L-Istati Uniti qed tħejji biex tiddikjara mill-ġdid lill-milizji tal-Houthi (fil-Jemen) bħala ‘terroristi fuq livell globali’.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken, se japprova dan l-‘istatus’ għall-Houthi b’konsegwenza tal-attakki kontinwi mill-milizji fuq il-bastimenti mgħobbijin bil-kunsinni kummerċjali li jridu jivvjaġġaw mir-rotot fil-Baħar l-Aħmar.
Din il-miżura tesiġi biex l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Uniti jiffriżaw il-fondi tal-Houthi – u bil-milizji tal-grupp bl-ebda mod ma jkunu permessi li jinżlu l-art fl-Istati Uniti.
Għaldaqstant, inqalbet id-deċiżjoni ta’ Blinken, fl-2021, biex il-Houthi jitneħħew mil-lista tal-protagonisti wara t-terroriżmu globali.
Id-deċiżjoni tal-2021 ittieħdet ftit wara l-inawgurazzjonji ta’ Joe Biden bħala President tal-Istati uniti u meta Antony Blinken kien irrefera partikularment għas-sitwazzjoni umanitarja katastrofika fil-Jemen.
Sadanittant, l-awtoritajiet Amerikani qed jiddefendu dan il-‘u-turn’ huma u jinsistu li l-kunsinni tal-għajnuna se jkomplu jaslu xorta fil-Jemen. Ingħad ukoll li l-Istati Uniti qed taċċerta li l-politika tagħha ma ttellifx liċ-ċivili fil-Jemen milli jirċievu din l-għajnuna,
Madankollu, l-Istati Uniti anki trid tagħmilha ċara li bl-ebda mod ma għandha se taċċetta l-isparaturi tal-missili u d-drones lejn il-bastimenti ta’ diversi pajjiżi li jridu jbaħħru fil-viċinanzi tal-Jemen.
//= $special ?>

