Dan wara li l-Ministru Michael Falzon qalilna li m’hawnx mediċini out of stock
Tal-inqas 250 mediċina preżentament huma out of stock f’pajjiżna. Dan huwa l-ammont indikat mill-Ministru għas-Saħħa JoEtienne Abela meta mistoqsi minn Net News sabiex jgħidilna kemm hawn mediċini out of stock.
Dan juri biċ-ċar kemm dak li l-Partit Nazzjonalista ilu xhur jisħaq dwaru, huwa fatt – li f’Malta u Għawdex hawn sfida kbira minħabba nuqqas ta’ mediċini.
Mhux biss hekk, iżda imeri għal kollox dak li qal il-Ministru Michael Falzon meta sa ftit tal-jiem ilu biss kien qalilna li l-waiting lists fl-isptar spiċċaw….u li l-mediċini out of stock m’għadhomx jeżistu.
Fatt li l-Ministru tas-Saħħa stess kellu jammetti li mhuwiex minnu.
Net News staqsa wkoll lill-Minsitru Abela jekk taħt it-tmexxija tiegħu, il-pazjenti fl-Isptar Mater Dei hux se jkunu qed jitħallew rikoverati f’dik li qabel kienet il-librerija tal-isptar….b’Abela jikkonferma għal darb’oħra dak li l-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq ix-xhur – ċioè, li l-isptar mhux ilaħħaq kawża taż-żieda eżorbitanti fil-popolazzjoni.
Taħt it-tmexxija tal-issa eks Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, il-pazjenti tqiegħdu suppost temporanjament fil-canteen tal-istaff u fil-librerija tal-Isptar Mater Dei…b’nuqqas ta’ privatezza, showers jew toilets adegwati. Dan filwaqt li l-waiting lists qed ikomplu jiżdiedu bi sfida waħda wara l-oħra li qed tissarraf f’detriment għal saħħet il-pazjenti u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tas-saħħa.
//= $special ?>