Il-Pulizija qiegħda tinvestiga żewġ serqiet, waħda li seħħet lbierah filgħaxija u l-oħra kmieni dalgħodu
minn żewġ ħwienet.
Fl-ewwel serqa, li seħħet ilbierah għall-ħabta tal-22:30, raġel daħal f’ħanut tal-logħob fi Triq iċ-Ċern, f’San Pawl il-Baħar, allegatament armat b’sikkina. Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
It-tieni serqa seħħet dalgħodu għall-ħabta tas-07:15, meta l-Pulizija ġiet infurmata b’serqa oħra minn
ħanut tal-merċa li jinsab fi Triq Xintill, Ħal Tarxien, fejn jidher li raġel mgħammad, allegatament armat b’arma tan-nar, daħal fil-ħanut, talab il-flus lill-kaxxiera, u wara ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra.
Waqt li ħadd ma weġġa’ fiż-żewġ każijiet, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
.
//= $special ?>