Il-Qorti ordnat li każ dwar mara li allegatament hija vittma ta’ żewġha f’każ ta’ vjolenza domestika kemm psikoloġika kif ukoll mentali, jkompli għaddej minkejja li l-allegata vittma telgħet fuq il-pedana tax-xhieda u ddikjarat li kienet qed taħfirlu.
Dan seħħ fil-konfront ta’ raġel ta’ 45 sena minn Ħ’Attard u li joqgħod l-Imqabba ġie mixli quddiem il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil li f’dawn l-aħħar snin wettaq vjolenza domestika fil-konffront ta’ martu u dan kemm mentalment kif ukoll fiżikament.
Ir-raġel li ismu ma jistax jissemma’ biex tiġi protetta l-identità tal-allegata vittma u t-tliet minuri tal-koppja wieġeb mhux ħati li għal dawn l-aħħar tmien snin kkawża lil mara abbuż li jikkonsisti f’tgħajjir u vjolenza fiżika.
L-Ispettur Audrey Micallef li ressqet lir-raġel qalet lill-Ispettur qalet li fil-15 ta’ Jannar marret mara tagħmel rapport fuq żewġha li qalet abbuż li ilu sejjer is-snin. Din qalet li l-flus huma kontrollati minn żewġha. Fil-fatt hija priva mill-flus u li jekk trid tixtri xi ħaġa bilfors trid titlob il-ħniena tiegħu.
Ir-rapport jgħid ukoll li żewġha dejjem jgħajjarha bil-kliem bħal ħmieġ u jaqq. L-Ispettur qalet ukoll li meta t-tfal jgħidu lill-ommhom biex tmur magħhom x’imkien, l-imputat jgħidilhom “ħalluha hawn għax mhux tajba għal quddiem in-nies.”
Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li żewġga qalilha li kien se jagħmilha magħmul li għalih se tibqa’ssofri l-konsegwenzi tiegħu anke wara mewtha. Ingħad ukoll li fl-14 ta’ Jannar seħħ inċident għall-ħabta tas-7.30pm. Meta l-akkużat wasal mill-għalqa tiegħu qabad argument ma’ martu fuq finanzi.
Dak il-ħin martu kienet fis-sodda u beda jiġbdilha l-ħwejjeġ u jagħtiha daqqiet fuq sidirha u fuq il-qażba ta’ sieqha. Kien għalhekk li kellha tittieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie stabbilit li sofriet minn ġrieħi ta’ natura ħafifa wara li sarulha wkoll xi x-rays.
Id-difiża qalet li wieħed għandu l-ewwel jisma’ x’għadna xi tgħid il-mara fil-Qorti għax jidher li lesta li taħfirlu. L-Ispettur qalet li kien hemm kommunikazzjoni mal-allegata vittma fil-‘lock up’ minn missier l-imputat fejn dan beda jesiġi magħha biex taħfer lil ibnu.
Tenniet li kif il-mara qabdet il-mobile bdiet titriegħed u qalet ukoll li “the man in the street’ mill-ewwel jinduna li l-mara mhux imbeżża imma mwerwra. Hawn il-Prokoratur Legali Colin Galea kellem lil mara barra l-awla u wara li ta l-parir tiegħu lilha, l-allegata vittma ddeċidiet li tixhed. “Se nipprova nirrikonċilja ma’ żewġi u naħfirlu. Nixtieq li jiefqu l-proċeduri u qed naħfitrlu. Mhux loġika, naf imma din hija x-xewqa tiegħi”, qalet il-mara.
Tiegħek biss? Hemm xi ħadd li kellmek biex tieħu d-deċiżjoni, staqsietha l-Qorti. Hawn il-mara wieġbet li le u li ħadd ma kien ġiegħla. Il-prosekuzzjoni reġgħet qalet li hu minnu li missier ir-raġel għamel pressjoni fuqha biex taħfirlu.
Il-Qorti wara li semgħet lil parte civile u s-sottomissjonijiet il-prosekuzzjoni kif ukoll id-difiża minkejja dak li qalet il-mara f’dan l-istadju l-Qorti tordna li l-proċeduri kontra l-imputat għandhom jitkomplew.
Saret talba għall-pleġġ mid-difiża fejn qalet li wara li semgħet lil mara tixhed bid-dikjarazzjoni tagħha biex forst tingħata direzzjoni li missier l-imputat jista’ jipprovdi garanzija u li dan imur jgħix miegħu fis-Siġġiewi.
L-Avukat Alfred Abela qal li jekk il-klijent tiegħu jingħata l-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjonijiet mposti fuqu u ordni ta’ protezzjoni wieħed jista’ jistrada l-każ il-quddiem. L-Avukat qal li jekk il-prosekuzzjoni qed tibża’ li jkun hemm x ndħil hu stess jintervjeni. Hu qal li wieħed ma jistax jinsa li hemm tliet ulied fin-nofs, u li jekk l-akkużat jinbagħat il-ħabs jaf jitlef ix-xogħol.
Wara sar ftehim bejn id-difiża u l-parte civile li jekk l-imputat jingħata l-pleġġ il-kommunikazzjoni sseħħ biss bejn il-ġenituri tal-partijiet, jiġifieri bejn in-nanniet tat-tfal.
L-Ispettur Micallef qalet li xorta kienet qed toġġezzjona li l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest u dan minħabba l-biża vera li jerġa’ jinqala xi ħaġa. Huwa minnu hi qalet li l- kondotta tiegħu hija tajba, iżda l-allegati reati jmorru lura s-snin u l-fatt li missier l-imputat għamel din il-pressjoni kollha.
L-Avukat Abela qal li jekk missier il-klijent tiegħu ikellimha jkun jemm ksur ta’ kundizzjonijiet. Wara s-seduta pjuttost fit-tul l-Qorti ċaħdet it-talba għall-pleġġ għaliex m’għandhiex is-serħan tal-moħħ li huwa se josserva l-kundizzjonijiet impost fuqu.
Il-Qorti laqgħet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-allegata vittma u wissiet lill-impuata li bl-ebda mod lanqas mill-ħaba ma jista’ jagħmel kuntatt ma’ martu b’kull użu possibbli. Għall-akkużat deheru l-Avukati Alfred Abela u Andrew Grima, il-Prokoratur Colin Galea deher bħala parte civile fil-każ filwaqt li l-Ispettur Audrey Micallef mexxiet il-prosekuzzjoni.
//= $special ?>

