Jinsabu fl-aqwa tagħhom il-preparamenti tas-soiree li qed tħejji l-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary ibbażata fuq in-novella ta’ ‘Little Women’ minn Louisa May Alcott.
L-istorja ddur mat-temi tal-imħabba u l-mewt, il-gwerer u l-paċi, il-kunflitti personali u r-responsabbiltajiet tal-familja, kif ukoll id-differenzi fil-kulturi Ewropej u Amerikani.
Net News żar l-istudenti fl-iskola tan-Naxxar fejn seta’ jara numru ta’ karattri b’interpratazzjonijiet mill-aqwa. B’waħda mill-istudenti, Maxine Gilson tgħidilna fhix kienu jikkonsistu t-tħejjijiet.
U bla dubju ta’ xejn li din is-soiree tfisser ħafna għalihom, mhux biss għall-istudenti iżda anke għall-għalliema, kif jispjegalna Stefan Caruana, għalliem tat-teatru u tal-mużika.
Din is-soiree se jkun qed isir fid-19, l-20 u l-21 ta’ Jannar fis-sala tal-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary, in-Naxxar.