F’laqgħa li kellu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, l-Ambaxxatur tat-Turkija, Erdeniz Sen irringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li taw l-għajnuna tagħhom matul iż-żmien diffiċli li t-Torok għaddew minnu wara t-terremoti tas-sena l-oħra.
It-terremoti tas-6 ta’ Frar kellhom saħħa ta’ 7.5 fuq l-Iskala richter, liema terremoti ħolqu kaos u sens kbir ta’ biża’ fost ir-residenti f’Hatay – theżżiżiet li ħallew ‘il fuq minn 44,000 vittma fit-Turkija u anke fis-Sirja.
Intant, fil-laqgħa li saret fid-Dar Ċentrali tal-PN, Bernard Grech appella biex ikun hemm iktar għajnuna u ħidma minn Malta u t-Turkija fl-isfond tal-gwerer li għaddejjin bħalissa; dawk bejn r-Russi u l-Ukreni, u bejn Iżrael u l-Hamas.
Iż-żewġ naħat qablu dwar l-importanza li fir-reġjun Ewropew jitkattar sens ta’ paċi.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll ix-Shadow Minister tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet Barranin, Beppe Fenech Adami, u l-Uffiċjal Internazzjonali tal-PN, Beppe Galea.
//= $special ?>