Lokali

“L-edukazzjoni għall-PN hija prijorità … Abela għandu jieqaf jimpika” – Bernard Grech

“Għall-Partit Nazzjonalista l-edukazzjoni hija prijorità. Dan il-pajjiż jeħtieġ Gvern li jieħu l-edukazzjoni bl-istess serjetà.”

Sostna dan fuq il-midja soċjali l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif insista li matul l-aħħar jiem pajjiżna kien xhieda ta’ żewġ episjodi li wrew bl-aktar mod ċar kif il-Gvern tal-Labour ma jinteressahx mill-edukazzjoni tal-istudenti Maltin u Għawdxin.

Bernard Grech sostna li l-istudenti tal-MCAST jixirqilhom aħjar u għandhom dritt għar-riżultati tal-eżamijiet u l-assignments tagħhom.

Dan filwaqt li saħaq li anke tal-Università kien jixirqilhom aħjar sabiex ikunu fiċ-ċert li se jagħmlu l-eżamijiet ferm qabel minn ġimgħa ma jibdewhom.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista appella lill-Gvern sabiex jieqaf jimpika mal-futur ta’ dawn l-istudenti….u fl-istess waqt jieqaf ikaxkxar saqajh mal-ħaddiema.