Claudette Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete qalet li hu inkwetanti kif il-gvern iddeċieda li jagħżel żewġ ġurnalisti bl-inqas esperjenza fil-kamra tal-ħabarijiet tal-PBS u jtiehom l-akbar responsabbita fil-kuntest tal-kontenut tal-aħbarijiet bl-iskop li jimmanipula l-kontenut tal-istess aħbarijiet.
Meta kienet qed titkellem fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li r-responsabbiltà ta’ dawn iż-żewġ ġurnalisti fil-kariga l-ġdida tinfirex ukoll għall-aspett diġitali. Dan meta dawn il-persuni magħżula huma fost l-inqas b’esprejenza u kwalifiċi fil-PBS iżda minkejja dan, tawhom ir-responsabbiltà li jmexxu l-kontenut tal-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li, b’din id-deċiżjoni, il-gvern qed jimmanipula l-kontenut tal-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali, li hu tal-poplu u mhux tal-gvern.
Għal din is-sejħa fil-PBS applikaw il-ġurnalisti kollha tal-PBS iżda ngħażlu dawn iż-żewġ persuni bla kwalifiċi; ħlief li wieħed minnhom kien jaħdem f’ministeru. Dan propju meta l-pajjiż jinsab biss ftit xhur ‘il bogħod minn elezzjoni tal-parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali. Dan hu inaċċettabbli għall-Oppożizzjoni għaliex il-gvern qed jimmanipula x-xandir nazzjonali b’dan il-mod, sostniet id-deputat Nazzjonalista.