Lokali Qorti

Mixli b’serq ta’ eluf ta’ ewro f’deheb minn residenzi

Raġel ta’ 48 sena residenti Ħal Għaxaq li għandu problema akuta ta’ droga u li huwa persuna suwiċidali ġie mixli li wettaq żewġ serqiet minn żewġ residenzi, liema serq jikkonsisti l-aktar f’deheb u ġojjellerija. Huwa stamat li minn residenza seraq valur ta’ €8,000 u minn oħra valur ta’ €6,000. Hu ġie akkużat b’attenti ta’ serq minn postijiet oħra u li hu reċidiv. Is-serq tad-deheb seħħ f’Marsaskala u Ħal Għaxaq.

Joseph Attard gie akkuzat ukoll li kiser il-kundizzjonjiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu fuq każ li ghadu qed jinstema’ fil-Qorti. Il-prosekuzzjoni qalet li r-ragel ikkommetta sensiela ta’ serq li inqabbdu fuq filmati tal-cameras tas-sigurta ta’ diversi hwienet.

Kien iben l-allegat vittmi li kien għaraf lill-akkużat ħiereġ minn binja filwaqt li serqa oħra saret minn binja ta’ maġenb fejn kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni fiha. Attard wiegeb mhux ħati, bl-avukat difensur tiegħu jitlob għal ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni oggezzjonat u argument li l-imputat hu ricediv, ghad hemm persuni li jridu jixhdu, l-akkuzat ghandu problema ta’ droga u mhux meqjus bhala bniedem mhux affidabli. Il-biża’ li jista’ jikkommetti suwiċidju hija reali qalet il-prosekuzzjoni filwaqt li l-fedina penali tiegħu fiha 36 faċċata.

Fil-bidu tas-seduta l-Ispettur Anzjan Joseph Mercieca qal li s-serq u l-attenti ta’ serq saru f’Diċembru u Jannar u li l-filmati yas-CCTV waslu għal persuna biex tinqabad. Qal li meta ġie arrestat ħaduh l-isptar bil-Pulizija tagħtih il-police bail u talbitu biex l-Erbgħa fit 8.30am. jiritorna u għamel dan fl-10.30am fejn wara li ta stqarrija tressaq il-Qorti.

Attard wieġeb mhux ħati li ttanta jisraq minn Marsaskala, liema serq ma seħħx minħabba xi ħaġa indipendenti u aċċidentali mill-volontà tiegħu, li pprova jagħmel l-istess minn dar fil-Fgura.

Huwa ġie mixli wkoll li fl-Ewwel tas-Sena minn appartament f’ Marsaskala seraq ġojjelli u ħaġar prezzjuż u li l-istess għamel fis-7 ta’ Jannar minn Ħal Għaxaq. Il-prosekuzzjoni nfurmat lill-Qorti li l-akkużat għandu problemi u jeħtieġ l-għajnuna, bil-Qorti tiċħad it-talba għall-pleġġ u iżda tinforma lid-Direttur tal-ħabs biex jara li jingħata l-għajnuna kollha possibbli.

L-akkuzat deher assistiet mill-avukat tal-ghajnuna legali Adriano Spiteri. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Merceica, Doriette Cuschieri u Antonello Magri. Dawn kienu mgħejjuna mill-Avukat mill-uffiċċju tal-AĠ – Andreas Vella.