Lokali

Raġel iweġġa’ gravi b’mutur tal-ħart fil-Qala Għawdex

Raġel ta’ 38 sena mis-Sannat kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li weġġa’ waqt li kien qed juża mutur tal-ħart.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-1700 tal-Erbgħa waranofsinhar fi Triq Tas-Surġent, il-Qala bir-raġel jingħata l-għajnuna minn tim mediku li ġie msejjaħ fil-post – b’membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili preżenti sabiex jassistu fil-post tal-inċident.

Ir-raġel qed jingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.