Sewwieq ta’ mutur minn Ħal Luqa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa stess.
Il-każ seħħ fit-0830 tal-Erbgħa filgħodu fi Triq Ħal Luqa meta seħħet ħabta bejn il-mutur misjuq mir-raġel ta’ 49 sena u Range Rover misjuq minn mara ta’ 28 sena minn Ħal Tarxien.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>