Lokali

Steve Ellul jidħol fil-battalja għas-siġġu Ewropew

Kif żvela dan is-sit numru ta’ xhur ilu, anke Steve Ellul se jkun kandidat tal-Labour għall-elezzjonijiet Ewropej li se jsiru f’Ġunju li ġej. Dan wara li l-kandidati l-oħra tefgħu pressjoni fuq l-amministrazzjoni Laburista sabiex hu jitneħħa mit-tmexxija ta’ Project Green – sabiex ma jkollux aktar viżibbiltà fuq livell nazzjonali.

Kien il-Partit Laburista li permess ta’ stqarrija kkonferma din il-kandidatura.

Il-Labour spjega li Ellul, fl-aħħar snin, kien konsulent fil-qasam tal-intrapriża u l-iżvilupp sostenibbli fejn “mexxa ’l quddiem il-kunċett tal-ESG f’Malta” – l-istess kunċett li l-PN ilu sentejn jimbotta, u li l-Partit Laburista irridikolah.