Fit-Teatru Astra tar-Rabat nhar is-Sibt, 20 ta’ Jannar 2024, DCapitals Big Band se tippreżenta l-ħames edizzjoni ta’ Kantamagħna – A Singers’ Festival.
Żgħażagħ b’talenti bejn l-etajiet ta’ 10 u 35 sena għandhom l-opportunità kbira li jdoqqu live f’dan il-festival. Intgħażlu 24 kantanti wara sensiela ta’ auditions f’Novembru tas-sena li għaddiet. Fil-kunċert finali tas-Sibt, il-finalisti se jinqasmu fi tliet gruppi: Kategorija A se tkun għal kantanti bejn l-10 u t-13-il sena; Il-Kategorija B se tkun għal kantanti bejn l-14 u s-17-il sena; u l-Kategorija Ċ se tkun għal kantanti ta’ bejn it-18 u l-35 sena. Is-surmast George Apap se jkun qiegħed imexxi l-live band ta’ 18-il silta li se takkumpanja lill-kantanti.
Ir-rebbieħa ġenerali tal-festival se jkunu qedin jirċievu sena esperjenza mal-istess band u ċ-ċans li jkantaw flimkien magħhom f’diversi avvenimenti kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Ir-rebbieħa u r-runners-up kollha tal-kategorija se jirċievu trofej kommemorattiva.
Il-festival jibda fis-7.30pm u d-dħul għalih huwa mingħajr ħlas.
//= $special ?>