Żewġt itfal inqatlu u tlieta oħra indarbu f’attakk li skont il-Pakistan, twettaq mill-Iran – attakk li l-Pakistan iddeskriva bħala att illegali u li jista’ jwassal għal konsegwenzi aktar serji.
L-Iran li aktar kmieni din il-ġimgħa wettqu attakki anka fuq l-Iraq u s-Sirja, qal li laqat żewġ siti li għandhom konessjoni mal-grupp militanti Jaish al-Adl.
Dan l-attakk bla preċident li seħħ it-Tlieta laqat ir-raħal ta’ Balochistan, li jinsab fil-fruntiera ta’ bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Pakistan ikkundana bil-qawwa kollha dan l-attakk fl-ispazju tal-ajru tal-Iran, u qal ukoll li din l-aggressjoni hija kompletament inaċċettabbli; speċjalment minħabba l-fatt li bosta pajjiżi qed jiprruvaw jkunu medjaturi bejn il-Pakistan u l-Iran.
Fid-dawl ta’ dan kollu ċ-Ċina, ħeġġet lill-Pakistan u lill-Iran biex jevitaw eskalazzjoni.
//= $special ?>