Lokali

Dan l-oġġett tat-tisjir m’għandux jiġi użat

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi artiklu li jiġi f’kuntatt mal-ikel m’għandux jintuża minħabba li nstab li jista jkun hemm migrazzjoni ta’ Primary Aromatic Amines, waqt l-użu.

Primary Aromatic Amines huma sustanzi kimiċi li jistgħu jemigraw fl-ikel minn oġġetti li jintużaw f’kuntatt mal-ikel (speċjalment dawk l-oġġetti li huma magħmulin minn plastik iswed). Dawn is-sustanzi jistgħu ikunu ta’ riskju għas-saħħa.

Deskrizzjoni tal-oġġett: Paletta mtaqqba tan-najlon iswed, bil-manku tal-injam u stainless steel
Ditta: Alpina
Lott: 2088796
Numru tal-oġġett: 14876
Numru tal-barcode: 8711252148762

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq admin.ehd@gov.mt.