Il-Pakistan nieda attakki ta’ missili fl-Iran, immirati lejn allegati moħbiet terroristiċi il-Ħamis filgħodu. L-attakk isegwi tensjonijiet akbar bejn iż-żewġ pajjiżi, b’akkużi li qed jospitaw gruppi ta’ militanti f’reġjuni tal-fruntiera.
Skont it-televiżjoni tal-istat tal-Iran, tliet nisa, żewġt irġiel u erbat itfal, inqatlu f’dawn l-attakki.
Minkejja li kkundanna l-istrajk preċedenti tal-Iran, il-Pakistan ikkonferma l-azzjoni militari tiegħu stess, u stqarr li kienet operazzjoni li qatlet terroristi.
Il-kunflitt bejn il-fruntieri ġej minn akkużi li ilhom għal żmien twil ta’ appoġġ għal gruppi ribelli, fosthom l-istrajk tat-Tlieta tal-Iran fuq grupp ibbażat fil-Pakistan. Din il-mossa qanqlet ritaljazzjoni mill-Pakistan, li wasslet għal vittmi u kompliet teskala r-relazzjonijiet ta’ tensjoni li diġà hemm bejn iż-żewġ nazzjonijiet.
U waqt li is-sitwazzjoni fir-reġjun kompliet tigrava, anke fiz-zona tal-Baħar l-Aħmar kompliet teskala t-tensjoni. Dan wara li l-Amerikani wettqu r-raba’ attakk fuq ir-ribelli Houthi fil-Jemen.
//= $special ?>