Futbol Sport

Futbol Taljan: Illejla tibda s-Supercoppa Taljana b’format ġdid

Illejla fl-Arabja Sawdija tibda l-edizzjoni ta’ din is-sena tas-Super Cup Taljana, edizzjoni b’format ġdid, format identiku għas-Super Cup Spanjola.

Is-Super Cup Taljana sa mill-introduzzjoni tagħha kienet tintlgħab fuq logħba waħda bejn ir-rebbieħ tal-Iscudetto u r-rebbieħ tal-Coppa Italia, iżda minn issa ‘l quddiem din se tibda tintlagħab bejn erba’ timijiet, fejn se jiżdidedu wkoll il-finalisit tal-Coppa Italia u t-tieni klassifikat fis-Serie A.

B’hekk l-erba’ parteċipanti f’din l-ewwel edizzjoni b’format ġdid se jkunu Napoli rebbieħa tal-iscudetto, Inter rebbieħa tal-Coppa Italia, Fiorentina finalisti telliefa tal-Coppa Italia u Lazio bħala t-tieni klassifikati fis-Serie A.

Dan it-tibdil ovvjament sar minħabba raġunijiet finanzjarji bil-kompetizzjoni ma tintlagħabx f’territorju Taljan iżda appuntu fl-Arabja Sawdija.

Fl-ewwel semifinali tal-lejla ċ-champions Napoli jiltaqgħu mal-finalisti telliefa tal-Coppa Italia Fiorentina, filwaqt li għada fit-tieni semifinali r-rebbieħa tal-Coppa Italia Inter jiltaqgħu ma’ Lazio.

Il-finalissima bejn ir-rebbieħa taż-żewġ semifinali tintlagħab il-Ħadd.

Illum

20:00 Napoli v Fiorentina

Għada

20:00 Inter v Lazio