Il-Partit Nazzjonalista huwa favur kull miżura li biha torħoss il-ħajja. Kull iniżjattiva li tittiħed pero trid tkun parti minn pjan ħolistiku u mhux f’iżolament li twassal biex filwaqt li jonqsu ammont ta’ prodotti jispiċċaw jgħollew prodotti oħrajn biex jagħmlu tajjeb għat-telf li jkunu qedgħin jagħmlu n-negozji.
Allura importanti li jkun hemm soluzzjonijiet ħolistiċi li bihom nassistu lil kulħadd f’din il-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja, sfida li qed twettaq piżijiet ġodda fuq il-poplu kollu.
Dan intqal minn Robert Cutajar, Whip u Shadow Minister għas-Self Employed, l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Koperattivi, mix-Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja Ivan Castillo u mix-Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża Jerome Caruana Cilia.
Għalhekk il-Partit Nazzjonalista issostni l-importanza ta’ miżuri li jgħinu lil ħaddiem u l-kunsumatur fosthom:
- Iż-żieda tal-COLA ma tkunx taxxabbli.
- Li naraw li jkun hawn mudell ekonomiku ġdid b’setturi ġodda, li joħolqu xogħlijiet ta’ kwalità u li jħallsu aktar lill-ħaddiema tagħna.
Flimkien ma miżuri li jgħinnu l-importanturi u lill-ħwienet u n-negozzji fosthom:
- Jingħataw tax credits lil min iħaddem biex dan ma jkollux jerġa’ jgħolli
l-prezzijiet biex jagħmel tajjeb għaż-żieda tal-COLA. - Jinħoloq Fond Nazzjonali li jappoġġja lill-industrija li timporta jew tesporta biex
jagħmel tajjeb għall-ispejjeż li jħallu impatt fuq l-għoli tal-ħajja.