Justin Schembri, PN
Id-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Edukazzjoni u s-Snajja Justin Schembri qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-gvern ma japprezzax il-ħidma tal-edukaturi.
Justin Schembri qal li l-edukaturi, l-għalliema u l-letturi għandhom jingħataw l-importanza meħtieġa iżda inġiebu f’sitwazzjoni fejn l-eżamijiet kienu se jiġu kanċellati għaliex il-gvern ma wasalx għal konklużjoni mal-UĦM dwar il-ħaddiema tekniċi, amministarttivi u industrijali. Ta’ dan kellhom iħallsu l-ogħla prezz l-istudenti.
Il-pressjoni tal-PN u tal-KSU wasslet biex il-gvern laħaq ftehim mal-UĦM biex l-eżamijet isiru iżda l-istudenti kellhom inċertezza jekk dawn l-eżamijiet humiex se jsiru. Dan hu logħob bil-futur tal-istudenti meta dawn jitħallew imdendla minħabba li s-sitwazzjoni fl-MCAST għadha nċerta. Dan minħabba direttiva tal-union minħabba li wara sentejn ta’ negozjati, l-gvern għadu ma wasalx għal ftehim.
Id-deputat Nazzjonalista qal li għadhom ma sarux diskussjonijiet dwar il-finanzi. Hemm eluf ta’ studenti li qed iħallsu minħabba l-inkomeptenza tal-gvern biex jassigura l-aħajr kundizzjonijiet u pakketti fiannzjarji għall-edukaturi.
Justin Schembri semma’ l-ftehim bejn l-MUT u l-gvern dwar l-għalliema tal-iskejjel tal-Istat u l-Knisja. L-istrajk ta’ Novembru wera li l-unions iridu jirrikorru għall-azzjonijiet industrijali biex il-gvern jibda jisma’ lill-unions li għamlu talbiet ġusti skont il-wiegħda tal-Prim Ministru qabel l-elezzjoni.
Il-gvern għadu ma marx quddiem il-unions bil-proposti konkreti u għalhekk hemm diffikultajiet minħabba li l-gvern qed jilgħab bl-edukazzjoni. Hu appella biex jintlaħaq ftehim għaliex l-edukazzjoni hi l-qofol ta’ kollox u għalhekk għandha tingħata prijorità fejn l-edukaturi jingħataw l-aħjar kundizzjonijiet u salarji.