Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ l-aħbar tal-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar tal-permessi meħtieġa għat-tqiegħed tat-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija. L-ewwel interconnector tana d-diversifikazzjoni fil-provvista tal-Enerġija tant importanti biex ma bqajniex dipendenti biss fuq l-uniku impjant tal-powerstation li kellu pajjiżna biex b’hekk saħħaħna s-sigurtà tal-provvista. Bit-tieni interconnector, inkomplu nżidu d-diversifikazzjoni, kif ukoll il-provvista tal-Enerġija li qed tiżdied minn sena għall-oħra.
Il-Partit Nazzjonalista hu sodisfatt li, sa fl-aħħar, il-Gvern Laburista m’għadux iqis l-interconnector bħala r-raġuni biex inwaħħlu fih kull meta jiġri xi ħaġa ħażina, iżda wasal biex ikkonvinċa ruħu li l-Pjan tal-Energija mfassal mill-Partit Nazzjonalista qabel l-2013 u aġġornat fl-2021 hu l-aħjar għażla. Konferma ta’ dan hi d-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li, bejn l-estensjoni tal-monument tal-korruzzjoni u t-tieni interconnector, għażel it-tieni interconnector.
Il-Gvern però tajjeb jifhem li filwaqt li l-investiment fl-interconnector hu essenzjali, daqstant ieħor hu essenzjali l-investiment fid-distribuzzjoni biex pajjiżna ma jerġax jinġieb għarkupptejh fis-sjuf, bil-konsegwenzi kollha li dan ġab miegħu lill-familji u lin-negozji.
Dan intqal fi stqarrija mix-Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Ryan Callus.
//= $special ?>