Lokali

Isiru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-150 anniversarju tas-Societa Filarmonica Vilhena

Is-Società Filarmonica Vilhena tiftaħ il-festi anniversarji tal-150 sena mill-fondazzjoni tagħha l-Ħadd 21 ta’ Jannar. Fl-10:30am tiġi konċelebrata quddiesa tal-okkażjoni mill-Mons. Joseph Alessandro Isqof Emeritu bil-preżenza tal-President George Vella. Waqt il-quddiesa tinkixef il-bandalora kommemorattiva tal-150 sena, u wara ċ-ċelebrazzjoni ewkaristika, tinkixef il-lapida kommemorattiva fis-sede tas-Società fejn wara jsir riċeviment għall-mistiednin.

F’Novembru li għadda s-Società Filarmonica Vilhena nidiet il-programm festiv tagħha tal-festi anniversarji li se jiġu ċċelebrati din is-sena. Apparti l-ftuħ ta’ dawn il-festi b’quddiesa tal-okkażjoni, hemm ukoll ippjanati: ktieb storiku tas-Società miktub mis-Sur Nigel Holland, marċ konġunt mas-Soċjeta King’s Own nhar is-6 t’April, u kunċert fit-Teatru Manoel fost oħrajn.