Lokali

Protesta sabiex l-istudenti tal-MCAST jirċievu l-marki tagħhom

Il-Ħamis filgħodu, rappreżentanti tal-KSM u tal-MCAST kellhom laqgħa formali mal-management u l-prinċipal tal-MCAST. Il-management infurmaw lill-istudenti li l-MUT mhux se tkun qed tneħħi d-direttivi.

L-istudenti se jibqgħu mingħajr il-marki tagħhom, u jekk dan ikompli għaddej, ir-resits se jiġu kkanċellati. Dan kollu qed jiġri waqt li l-istudenti diġa għaddejjin mis-stress tal-eżamijiet.

L-istudenti u l-għalliema jixirqilhom aħjar. B’hekk, l-istudenti tal-MCAST Paola qed jiġu infurmati biex il-Ġimgħa joħorġu mill-klassijiet tagħhom u jimxu lejn il-canteen fl-12pm.

Se ssir ukoll protesta fl-MCAST tal-Mosta nhar il-Ġimgħa fil-11:30am.

L-istudenti huma biss ħsara kollaterali, peress li l-MUT, l-MCAST u l-Gvern ma jistgħux jiddiskutu u jinnegozjaw b’mod effiċjenti.

Dan intqal permezz ta’ filmat fuq Facebook minn rappreżentant tal-KSM Matthew Demicoli u rappreżentant tal-istudenti Jordan Galea Pace.