Dgħajsa li kienet qed iġġorr madwar 37 immigrant intilfet barra l-kosta ta’ Sfax fit-Tuneżija.
Il-qraba ta’ dawn l-immigranti irċevew l-aħħar telefonata fis-2:30pm tal-11 ta’ Jannar, u sal-10pm tal-istess ġurnata intilef kull kuntatt.
Il-maġġoranza tal-persuni abbord huma mil-villaġġ ta’ Hancha fi Sfax stess… u għandhom bejn it-13 u l-35 sena.
Il-familji ta’ dawn il-persuni għamlu roadblocks u ħarqu tires madwar il-villaġġ, u waqfu biss meta l-awtoritajiet tal-gvern sostnew li se jkomplu jfittxu.
Il-qraba tal-immigranti qed isostnu li hija ħaġa stramba li għadhom ma sabu xejn wara ġimgħa, minkejja x-xogħol li qed jagħmlu.
L-awtoritajiet tat-Tuneżija sostnew li kull bastiment marittimu u ħelikopters li għandhom ġew mobilizzati sabiex jinsabu l-persuni. Jidher li fit-tfittxijiet kienu involuti anke l-awtoritajiet Maltin u Taljani.
//= $special ?>