Raġel ta’ 40 sena residenti San Ġiljan, weġġa’ gravi wara inċident fir-Rabat.
L-inċident seħħ il-Ħamis għal xi t-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imdina.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Ducati, tilef ilkontroll u ħabat f’ħajt tas-sejjieħ.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
