L-organizzaturi u champions tal-Asja l-Qatar aċċertaw mill-ewwel post fil-grupp tagħhom meta għlbu lil Tajikistan 1-0 biex kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva u issa għandho 6 punti wara żewġ logħbiet.
Wara r-rebħa ta’ 3-0 kontra l-Libanu fl-ewwel ħarġa, l-Qatar rebħa dan il-konfront b’goal ta’ Afif wara 17-il minuta. Tajikistan kellhom ukoll lil Komolov imkeċċi fil-81 minuta.
Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp it-tieni riżultat ta’ mingħajr goals għaċ-Ċina din id-darba kontra l-Libanu, li b’dan it-tieni punt tagħhom jinsabu fit-tieni post tal-grupp.
Iżda ċ-Ċiniżi jridu jilagħbu l-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Qatar, anki jekk dawn ta’ l-aħħar huma ġa rashom mistrieħa mill-kwalifikazzjoni u mill-ewwel post fil-grupp.
Riżultati
Libanu v Ċina 0-0
Qatar v Tajikistan 1-0
Illum
12:30 Awstralja v Sirja
15:30 Indja v Użbekistan
18:30 Palestina v UAE
//= $special ?>