Kmieni filgħodu nhar il-Erbgħa 18 ta’ Jannar tal-2023, Jeremie Camilleri qatel lil Pelin Kaya proprju f’jum għeluq sninha. Sena wara, il-familja, il-ħbieb u l-kollegi tagħha ngħaqdu flimkien sabiex ifakkru l-memorja tagħha f’velja li saret fl-istess post fejn sar l-inċident.

Taħt l-influwenza tad-droga u l-alkoħol, Camilleri saq għal fuq Pelin Kaya, ħareġ u ħebb għaliha… mbad hi tilfet ħajjitha ftit wara f’Mater Dei.
Il-velja bdiet għall-ħabta tas-7pm…velja b’sentiment qawwi ta’ qsim il-qalb. Diversi persuni dehru jibku u jgħannqu lil xulxin, hekk kif għadhom ma jistgħux jemmnu li dan hu l-mod kif huma ser jiċċelebraw għeluq snin Pelin Kaya… Sentiment li esprimiet oħt Pelin Kaya f’diskors sentimentali li tat lil dawk preżenti.

F’dan id-diskors li għamlet bit-Tork, sabiex tkun tista’ tesprimi ruħha aħjar, hi bdiet billi rringrazzjat lil kull min kien preżenti, għaliex grazzi tagħhom hi u familta ma kienux waħedhom.
Hi kompliet tgħid li l-unika ħaġa li tista’ tgħinhom bħalissa hi l-ġustizzja… u dodtniet f’isem il-familja li huma għandhom fiduċja sħiħa li ġustizzja se ssir.
L-Ambaxxatur tat-Turkija f’Malta wkoll kien preżenti, u saħaq kemm kien hemm stejjer sbieħ dwar Pelin, u kemm kellha qalba tajba. Hu wkoll iringrazzja lil poplu Malti kollu tas-sapport tagħhom.
Bejn diskors u ieħor, wieħed wieħed, diversi persuni dehru jitfgħu il-fjuri mal-velja, inkluż tfal.

Preżenti waqt din il-velja kien hemm ukoll il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola li tkellmet ma’ oħt Pelin Kaya u esprimiet il-kondoljanzi tagħha.

Is-Sindku ta’ Tas-Sliema John Pillow kif ukoll is-Sindku tal-Gzira Conrad Borg Manche attendew il-velja.
Pelin Kaya kienet ġiet Malta mit-Turkija, b’ħolm u ambizzjonijiet kbar… u għalhekk xtaqet tibqa’ Malta. Tant, li l-qraba tagħha kienu sostnew is-sena l-oħra li minkejja kienet se tindifen fit-Turkija, ruħha Malta kienet se tibqa’.
//= $special ?>