Il-lingwa Maltija għadha l-iktar lingwa mitkellma f’pajjiżna, għalkemm iċ-ċensiment li ġie ppublikat il-Ġimgħa dwar il-popolazzjoni u l-housing – ibbażat fuq l-2021 – jindika li l-ġenerazzjonijiet ż-żgħar qed jagħżlu aktar li jitkellmu bl-Ingliż milli bil-Malti meta ikkumparat ma’ persuni ikbar fl-età.
Fil-fatt, kważi kwart tat-tfal taħt l-10 snin u 14.7% ta’ dawk li għandhom bejn l-10 snin u d-19-il sena jikkunsidraw l-Ingliż bħala l-lingwa primarja tagħhom. L-iktar persuni li jagħżlu li jitkellmu bl-Ingliż huma dawk li joqgħodu s-Swieqi (37.7%), u warajhom insibu r-residenti ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan (25%), u dawn tal-Imdina (24.1%).
Fl-2021, 95.7% tal-popolazzjoni niżżlu lilhom infushom fic-censiment bħala litterati, b’20,453 ikklassifikaw bħala llitterati. Ħal Luqa (89.4%), Bormla (89.8%) u l-Marsa (89.9%) kellhom l-inqas rati filwaqt li s-Swieqi (98.8%), Ħal Balzan (98.1) u Ħ’Attard (98%) kellhom l-iktar rata għolja ta’ litteraliżmu.
F’għaxar snin kienet innotata żieda fil-ħaddiema, li jinkludu żgħażagħ ta’ 15-il sena jew iktar – żieda minn 171,855 għal 273,955.
Iċ-ċensiment wera wkoll li d-diskrepanza fil-gradi bejn is-sessi fid-dinja tax-xogħol għadha ħajja. 16.4% tal-irġiel għandhom xogħol ta’ professjoni, 14.9% huma technicians jew xogħolijiet b’rabta mar-riċerka u x-xjenza. Fejn jidħlu n-nisa, 25.7% jaħdmu xogħolijiet ta’ bejgħ u s-servizz, filwaqt li 24% għandhom professjoni.
Miċ-ċensiment ħareġ kif f’pajjiżna hawn madwar 18.1% li jgħixu weħidhom, bl-età tvarja bejn it-30 u l-64 sena.
Jidher ukoll li mas-6,378 tad-djar f’Malta jikkonsistu f’ġenituri li jrabbu lil uliedhom weħidhom, li tfisser f’żieda ta’ 922 meta kumparat mal-2011. Fost dawn, joħroġ ukoll li 139,223 jew 64.2% huma ommijiet li għandhom 15-il sena jew iktar.
Miċ-ċensiment, 11,073 jew 2.5% tal-persuni li għandhom ‘il fuq minn 16-il sena ddentifikaw lilhom infushom bħala persuni b’orjentazzjoni sesswali differenti. B’dawk ta’ nazzjonalità mhux Maltija għandhom ir-rata tliet darbiet ogħla mill-Maltin, li tissuġġerixxi li huma iktar komdi illi jgħidu kif iħossuhom.
Dan iċ-ċensiment juri wkoll li 129,132 jew 26% minn fost il-persuni li għandhom 5 snin jew iktar sofrew minn xi kundizzjoni jew marda long-term; 6 punti perċentwali aktar meta komparat mal-2011.
//= $special ?>