L-MBA ħabbret li Charles Bonnici hu l-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali tan-nisa.
Bonnici għandu karriera ta’ suċċess fil-basketball lokali u l-MBA qalet li hu għandu l-kredenzjali kollha għal din il-kariga.
Il-President tal-MBA Paul Sultana qal li l-passat ta’ Bonnici u l-ħsibijiet tiegħu huma dawk tal-Assoċjazzjoni li trid tara tkabbir u iktar suċċessi f’dan l-isport.
Fl-istqarrija tagħha l-Malta Basketball Association irringrazzjat lil Angela Adamoli li mexxiet it-tim nazzjonali tan-nisa għal diversi suċċessi fl-aħħar snin.
//= $special ?>