Ekonomija Lokali

Eluf ta’ prodotti se jibqgħu bl-istess prezz, u mhux se jorħsu

Ħafna qed jistennew l-1 ta’ Frar sabiex jaraw kif se taħdem eżatt din l-iskema ta’ roħs fil-prezzijiet tal-ikel.

Għalkemm fil-verità, huma biss 15 il-prodotti li mistenni jorħsu u li jistgħu jiġu akkwaistati minn supermarkets specifici. Il-lista tinkludi spagetti u penne, il-corned beef, kapuljat frisk u friżat, pork chops, tiġieġ friżati, cornflakes, tonn taż-żejt u kafè.

Iżda hemm ħafna affarijiet li tħallew barra minn din il-lista. Fosthom il-ħobż u l-ħalib frisk, bajd, dqiq, butir, ġobnijiet u prieżet – dawn kollha ġew esklużi mil-lista.

Dan ifisser li l-affarijiet bażici li jintużaw kuljum anke sempliċiment biex tagħmel biċċa ħobż, ma kinux inklużi f’din il-lista li fassal il-Gvern.

Imbgħad, hemm prodotti oħra li se jibqgħu bl-istess prezz: iż-żejt taż-żebbuġa mhux se jorhos, iz-zalzett u ċ-chicken breast mhux inklużi fil-lista, iċ-ċerejali mhux se jorħsu, u l-ħelu ma jissemma’ mkien.

Lanqas is-soft drinks mhux inklużi. Frott u ħaxix frisk mhux imsemmi lanqas. Ir-ross ukoll mhux se jorħos. Bottijiet tal-preserved mhux se jorħsu. L-ikel tal-annimali mhux se jorħos.

Apparti minn hekk, hemm id-detergents, nappies, toileteries, u oġġetti għall-kura personali – kollha mhux se jorħsu. Wara li l-Gvern ħabbar din l-iskema, diversi ekonomisti stqarrew ma’ Net News illi l-pjan tal-Gver hu li jkun hemm roħs ta’ 15% fuq il-prezz rakkomandat. U allura, jekk supermarkets kbar diġà għandhom prezz ridott… allura l-bidla fil-prezz se tkun vera minima.

Intant, fl-aħħar jiem, diversi persuni spjegaw kif għolew is-sigaretti minghajr ma tħabbar xejn fil- Budget. Fatt li għal ħafna nies ifisser piż addizjonali.