Lokali

“Il-Gvern ma jistax jibqa’ jimpika mal-edukaturi” – Bernard Grech

“Il-Gvern ta’ Robert Abela kkonferma li ilu aktar minn sentejn ma jagħmel xejn biex isolvi l-kwistjoni mal-edukaturi tal-MCAST minkejja li, għall-pika tiegħu, qed ikomplu jbatu l-istudenti.”

Dan saħqu l-Partit Nazzjonalista hekk kif insista li l-Gvern ta’ Robert Abela ma tax kas l-azzjonijiet industrijali tal-MUT fl-MCAST u kellhom ikunu l-protesti tal-istudenti li wassluh biex jgħid li issa qed jagħmel xi ħaġa.

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech spjega lill-istudenti tal-MCAST meta ltaqa’ magħhom l-Ġimgħa filgħodu…fil-Kampus ta’ Raħal Ġdid, li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jagħmel il-pressjoni biex il-Gvern ikun qed jagħmel dak li hu dmiru li jagħmel.

Bernard Grech sostna li l-Gvern m’għandux jibqa’ timpika mal-edukaturi ta’ pajjiżna, li huma dawk li, bit-tagħlim tagħhom, jieħdu ħsieb u jgħinu liż-żgħażagħ tagħna biex javvanzaw fil-ħajja tagħhom.