Minkejja li l-bdiewa u r-raħħala lokali diġà għandhom sfidi kbar minħabba l-ispejjeż ta’ importazzjoni ta’ materja prima, għalf u ġwież, fost affarijiet oħrajn, l-esklużjoni tal-produtturi lokali mill-iskema li għadu kif ħabbar mill-Gvern dwar il-prezzijiet se tkompli tiggrava s-sitwazzjoni preżenti ta’ dawn is-setturi.
Agħar minn hekk, din l-esklużjoni hi ta’ theddida għax-xogħol u għall-qliegħ tal-ħobża ta’ kuljum tal-bidwi u r-raħħal Malti u Għawdxi.
Bħalma għamel fil-każ tal-prodotti impurtati, il-Gvern għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa biex, għall-anqas imqabbel mal-prodotti impurtati, il-prodott lokali għandu jibqa’ kompetittiv.
Dan intqal fi stqarrija mix-Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezzina.
//= $special ?>